Micallef Joe Travel

Għeżież ħbieb,                  

Ergajt ghal sena'ohra qed nikteb dan il-messagg fil-browxer , Sajf 2018. Bhal ma naghmlu ta kull sena , dejjem infittxu li noffrulkhom giti varji li jkunu ta' divertiment ghal familja kollha. L-iskop taghna hu li bhal dejjem ilkollna giti tal-aqwa kwalita u li jkunu ghal but ta kulhadd.

F'dan il-browxer ser issibu tours ta gurnata ghal xiri , agriturizmu , kultura , u bosta tours ta' divertiment kontinwu bhalma hija gurnata shiha gewwa Etnaland.

Kif jaf kulhadd ir-rotta li ahna nispecjalizzaw  fiha hija dik lejn Sqallija . Ghal darb'ohra ser jerga jkollna gruppi tant popolari maghkom ta 4 t'ijiem lejn iz-zona ta' Modica .

Tour iehor popolar mmens huwa dak ta Palermo b'lukanda t'4 stilel bl-kolazzjon u ikla buffet ukoll ! Ser inzuru bosta bliet u rhula godda li tant huma imfittxija mit-turisti Ewropew.

Apparti Sqallija , qed inkomplu noffrulkhom it-tour grandjuz ta Calabria . Ghal dan it-tour nitolbukhom tahsbu kmieni minhabba d-domanda qawwija li jkollna.

Qabel naghlaq dan il-messagg , niehu l-opportunitabiex minn qalbi nirringrazzja lill eluf ta hbieb li baqghu jigu maghna. nirringrazzja lill gruppi li ta kull sena jkunu qed jistennew is-sajf jhalli jigu jqattghu gurnata Sqallija maghna. Grazzi lilkhom li tant taghmlulna kuragg u li wassaltuna fejn ninsabu llum. Grazzi minn qalbi nghid ukoll lill gwidi taghna li tant huma maghrufin ghad-dedikazzjoni u l-hegga biex izommu lill kulhadd kuntent u ferhan.

Kif dejjem inhobb naghlaq huwa billi nsemmi s-slogan originali taghna , HADD MA JISTA JURIK SQALLIJA AHJAR. Huwa slogan li jaghmlilna tant kuragg u li nibqghu nghozzu ghal dejjem.

 

Joe Micallef